TTWB
An exquisite winebar with a wonderful terrace overlooking most of Malta. Serving an array of platter
Ghadni kemm ircevejt dan. Min kiteb ma jridx juri ismu ghal ragunijiet ovvji.
Jien dejjem kont Laburist fil-vot tiegħi, apparti fl-1998 meta vvutajt Alternattiva minħabba d-diżgwid bejn il-Partit Laburista u Mintoff. Fl-UE vvutajt LE għax emmint li Malta kellha tibqa’ tiddeċiedi hi fuq futurha. Fl-2013 tajt il-fiduċja lil Joseph Muscat għax il-PN kien sar arroganti, qisu kellu dritt divin li jibqa’ fil-gvern għal dejjem. Il-prepotenza kienet tidher minn kullimkien u l-poplu ried bidla.
Imma llum inħoss diżappunt kbir. Il-Partit Laburista tilef il-boxla soċjalista tiegħu u sar partit neo-liberali fejn is-suq jiddetta kollox. Negozji żgħar tal-familji tkissru minħabba l-invażjoni ta’ big supermarkets, żgħażagħ Maltin mhux qed isibu jikru jew jixtru propjetà, u d-dħul bla kontroll ta’ barranin kompla għolla l-prezzijiet u għafas fuq il-kwalità tal-ħajja inġenerali.
Ħafna żgħażagħ Maltin illum qed jagħżlu li jitilqu minn pajjiżhom għax ma għadhomx jaraw futur hawn. U magħhom tlifna wkoll ħafna professjonisti, speċjalment fil-qasam tas-saħħa nies li studjaw fl-University of Malta u li l-poplu Malti investa fihom permezz tat-taxxi tiegħu. Minflok ma żammejnihom hawn b’kundizzjonijiet u kwalità ta’ ħajja aħjar, spiċċajna niddependu fuq importazzjoni massiva ta’ ħaddiema u professjonisti minn sistemi edukattivi ħafna drabi inferjuri, b’detriment għall-kwalità tas-servizzi u għas-saħħa tal-poplu.
Mhux kontra l-progress jew kontra min jiġi jaħdem b’onestà, imma kontra politika li tpoġġi l-flus qabel il-bniedem. Meta anke nies soċjalisti bħal Sammy Meilaq qed jgħidu li mhux se jivvutaw, turi kemm hemm diżillużjoni kbira.
U proprju għalhekk, din id-darba se nivvota PN. Mhux għax sirt Nazzjonalist jew għax irrid vendikazzjoni, iżda għax nemmen li l-Partit Laburista għandu bżonn żmien fl-oppożizzjoni biex jitnaddaf, jagħmel awtokritika serja u jerġa’ jsib l-għeruq veri tiegħu.
Dan mhux vot ta’ mibegħda, imma vot ta’ korrezzjoni. Bħal omm li tħobb lil binha iżda xi kultant ikollha ċċanfar u tieħu deċiżjoni iebsa biex jerġa’ jaqbad it-triq it-tajba. Xi drabi l-akbar att ta’ lealtà mhux li tibqa’ tapplawdi dejjem, imma li tgħid il-verità meta tara lil min kont temmen fih tilef it-triq.
Tajba din PRIM
Please note that Tat Tarag has been sold and we are not accepting any more bookings.
01/02/2022
Fish Soup - Pappa Wash and slice leeks. Peel and chop garlic cloves. Put garlic and leeks into a pan and add the water and lemon juice. Clean the fish and remove bones. Put fish in the pan. If you prefer you can put the fish in a muslin bag, fasten it securely and immerse it in the pan. When cooked you can easily rem...
Click here to claim your Sponsored Listing.
Category
Contact the restaurant
Telephone
Website
Address
T
Rabat
T
Opening Hours
| Tuesday | 09:00 - 01:00 |
| Wednesday | 09:00 - 01:00 |
| Thursday | 09:00 - 01:00 |
| Friday | 09:00 - 01:00 |
| Saturday | 09:00 - 01:00 |
| Sunday | 09:00 - 01:00 |