Norbert Grech
Kunsillier Lokali - Rabat (Malta), f'isem il-Partit Nazzjonalista
07/10/2026
Qed joqorbu ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa ta' San Martin ġewwa r-raħal tagħna tal-Baħrija. Inħeġġiġkom tattendu.
Araw il-programm hawn taħt.
22/09/2026
Ilbieraħ, il-komunità Rabtija ngħaqdet biex tfakkar it-300 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Kolleġġjata Bażilika u Proto-Parroċċa ta’ San Pawl.
Għal din l-okkażjoni ġiet iċċelebrata quddiesa solenni, bis-sehem ta’ diversi saċerdoti, il-Fratellanzi tal-Parroċċa u l-Orkestra tal-Kappella Diacono.
Wara l-quddiesa, il-Banda Konti Ruġġieru akkumpanjat l-attivitajiet li komplew quddiem il-monument ta’ San Pawl, fejn l-Arċipriet u r-rappreżentanti tal-Kunsill Lokali tar-Rabat u diversi għaqdiet Rabtin, poġġew kuruni tar-rand f’ġieħ l-Appostlu Missierna San Pawl.
Nirringrazzjaw lil kull min ħa sehem u ta sehmu biex dan l-anniversarju importanti jiġi mfakkar kif jixraqlu.
12/08/2026
B’sogħba kbira llum insellem il-memorja ta’ persuna li ddedikat parti kbira minn ħajjitha għas-servizz tar-Rabat u r-Rabtin.
Kelli l-privileġġ li għal dawn l-aħħar erba’ snin naħdem miegħu fil-Kunsill Lokali tar-Rabat. Matul dawn is-snin dejjem sibt fih persuna lesta li tgħinni, tagħtini parir u taqsam miegħi l-esperjenza tagħha. Tgħallimt ħafna mingħandu, kemm fuq il-ħidma fil-Kunsill kif ukoll fuq xi jfisser li tkun tassew għas-servizz tan-nies, u għal dan nibqa’ dejjem grat.
Is-servizz tiegħu lejn ir-Rabat imur lura ħafna aktar minn hekk. Sa mill-1994, huwa ddedika snin twal ta’ ħidma fil-Kunsill Lokali għall-ġid tal-lokalità li tant kien iħobb. Kien bniedem dedikat, ħabrieki u onest, Rabti ġenwin li kellu għal qalbu r-Rabat u r-residenti tiegħu. Dan kien jidher biċ-ċar fil-ħidma tiegħu u fl-impenn kontinwu li dejjem wera matul is-snin.
Tul dawn is-snin ta kontribut kbir lill-komunità tagħna u ħalla warajh eżempju sabiħ ta’ xi jfisser li taqdi lill-lokalità tiegħek b’dedikazzjoni, b’umiltà u b’qalbek kollha.
Għalija kien privileġġ li kelli l-opportunità naħdem miegħu u nitgħallem mingħandu. Il-memorja tiegħu u l-kontribut li ta lir-Rabat żgur li se jibqgħu mfakkra għal ħafna snin.
F’dan il-mument ta’ niket, il-ħsibijiet tiegħi huma mal-familja, il-qraba u dawk kollha li kienu jafuh u jħobbuh. Nagħtihom il-kondoljanzi sinċiera tiegħi.
Nazju, strieħ fis-sliem. Grazzi ta’ kollox, u grazzi tas-servizz kbir li tajt lir-Rabat u lir-Rabtin.
Il-funeral se jsir nhar il-Ġimgħa, 14 ta’ Awwissu, fit-3:00 ta’ waranofsinhar, fil-Kolleġġjata Bażilika u Proto-Parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat.
Għeluq ta' Triq il-Fiddien. Araw hawn taħt.
05/07/2026
Nawgura l-Festa t-Tajba lir-Rabtin kollha. Proset kbira tmur lil dawk il-voluntiera kollha li kienu involuti biex din il-Festa tkun suċċess kbir.
Viva San Pawl Missierna!
30/06/2026
Illum se nagħtu l-aħħar tislima lill-ewwel Sindku tar-Rabat, is-Sur Alfred Sharples, fil-Bażilika ta’ San Pawl ġewwa r-Rabat.
Se jsir ukoll korteo fis-1:30pm mill-Kunsill Lokali tar-Rabat sal-Bażilika ta’ San Pawl.
Kondoljanzi sinċieri lill-familja kollha tiegħu.
05/04/2026
Nixtieq nawgura l-Għid it-Tajjeb lil kulħadd!
01/04/2026
Matul dawn l-aħħar ġranet żort numru sabiħ ta' wirjiet ġewwa r-Rabat, l-Imdina, u l-Buskett. Ilkoll wirjiet il-ġmiel tagħhom. Nixtieq ngħid proset tad-dedikazzjoni kbira lill-organizzaturi kollha sabiex iżommu l-kultura Maltija b'saħħitha.
Dawn huma l-wirjiet li żort:
1. "Pass wara Pass" Wirja - Golgota. 11, Triq Kola Xara, Rabat, ta' Patrick u Stephen Bonello
2. "FIAT VOLUNTAS TUA" mtellgħa minn Jean Paul Mifsud - Palace View, Triq tal-Lhudi, Buskett
3. "PASSION OF THE CHRIST IN MATCHSTICKS" - Xogħol artistiku ta' Salvinu Bugeja dwar il-passjoni ta' Sidna Ġesu Kristu.
4. Wirja mtella' minn Kaiden Farrugia ġewwa l-Imdina.
5. Wirja mtella' minn Christopher Farrugia ġewwa l-Imdina.
6. Wirja mtella' minn Manwel Ġenovese ġewwa l-Kunsill Lokali tar-Rabat.
7. Wirja mtella' minn Stephen Attard ġewwa l-Imdina.
Ninkoraġġixxi lil kulħadd sabiex iżur dawn il-wirjiet.
Rudolf Grima
20/03/2026
Magħkom matul il-Festa ta' San Ġużepp. Proset kbira lil dawk kollha involuti sabiex din tkun Festa milll-isbaħ. Il-Festa t-Tajba lil kulħadd.
26/12/2025
L-aħħar ċans biex tibbukkjaw!
Kunsill Lokali Rabat Malta
Illum hi l-aħħar ġurnata li wieħed jista japplika biex jattendi għal Breakfast with Santa li ser isir għada fis-sala tal-iskola medja fir-Rabat.
Click here to claim your Sponsored Listing.
Category
Contact the public figure
Telephone
Website
Address
Rabat
Alerts
Be the first to know and let us send you an email when Norbert Grech posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.