To Emmaus

To Emmaus

Share

Grupp taż-żgħażagħ f'mixja kontinwa u ghatxana għal spiritwalita', għaqda u ħidma soċjali

📸 Instagram - @to.emmaus
🥰 Old Page - To Emmaus

10/04/2026

Bi pjaċir inħabbru li s-somma totali li nġabret mill-bake sale li sar f' April u l-ġbir tad-donazzjonijiet mill-kaxxa li kien hemm fil-knisja, hija ta' €3,903.40. Infakkru li dan il-ġbir sar b'risq esperjenza ta' volontarjat li se jagħmel il-grupp To Emmaus ġewwa l-Albanija, mas-sorijiet ta' Mother Theresa.

Grazzi kbira lill-komunita' Mostija u lil kull min ta donazzjoni, talli kontu tant ġenerużi!

Dan kollu ma setax isir mingħajr l-għajnuna taż-żgħażagħ u l-familji tagħhom, AquiBon's Delights , The Dome Visitors Center u diversi persuni oħra minn Mosta Parish

Grazzi mill-ġdid 🫶

05/04/2026

U hekk il-kotra inġabret madwaru b'entuzzjazmu kbir għax tabilħaqq huwa il-Messija, tabilħaqq huwa s-Salvatur, imma fuq kollox huwa ir-REBBIEĦ fuq il-mewt u d-dnub.

Min qalbna nawguraw lilkom u lill-għeżież tagħkom Għid mimli ferħ, saħħa u hena. 🐣🕊️

Viva Kristu Irxoxt 🏴󠁧󠁢󠁥󠁮󠁧󠁿

22/03/2026

Bake sale going strong 💪🧁

21/03/2026

Treats are out and we’re bringing the energy 💃🧁 Come grab a treat before they’re gone!

21st and 22nd March 2026

Photos from To Emmaus's post 20/03/2026

Aħna lesti, sabiex għada indewqukhom it-tjiubija ta' dawn il-figolli u ħafna ħlewwiet oħra .🍪🥧🧁

Għal għada mil-16:00 ta' wara nofsinhar l'hemm fuq iz-zuntier tal-Bazilika.

Niltaqaw 🫶

19/03/2026

Bake Sale b'risq is-Sorijiet ta' Mother Tereza fi Skhoder l-Albanija bħalha esperjenza ta' volontarjat.

Il-weekend li ġej 21 u 22 ta' Marzu fuq iz-zuntier tal-Bażilika wara l-quddiesa.

Figolli - Zeppolli - Cupcakes u ħafna aktar 🧁🥧🍪

Ħajr lil AquiBon's Delights u liż-żgħażagħ tal-grupp tal-għajnuna biex jittella' dan il-bake sale.

Narawkhom hemm 🫶

16/03/2026

Reel qasir li jeħodna lura għal meta konna qiegħdin ngħamlu l-għaġina u l-intrita għall-imberkin figolli.

Bħalma tistaw taraw aħna il-leaders naqra storbjużi u kummidjant ukoll ikolli ngħid. 😂🫣

Kien ħin tassew ħelu fejn serva għal bonding bejnietna l-leaders.

Insomma infakkrukom fil-bake sale il-weekend li ġej.

Narawkhom 🫶

15/03/2026

Il-ħin sar ġmielu 😴

Kważi il-ħdax ta' bil-lejl u aħna għadna hawn naħmu il-figolli għal Bake Sale tal-weekend li ġej.

Se tkunu tistaw issibu dawn u aktar ħelu mgħamul mill-qalb fuq iz-zuntier tal-knisja qabel u wara il-quddies is-SIbt filgħaxija u matul il-ġurnata tal-Ħadd.

Infakkrukom li dan kollu ser isir b'risq l-esperjenza ta' volontarjat mas-Sorijiet ta' Mother Teresa ġewwa l-Albanija.🇦🇱

Tislijiet 🫶

06/03/2026

Illum inħabbru Bake Sale 2026 b’risq l-esperjenza ta’ volontarjat ġewwa l-Albania.

Għalhekk, iltaqgħu magħna is-Sibt 21 u l-Ħadd 22 ta’ Marzu fuq iz-zuntier tal-Mosta. Narawkom ❤️

26/02/2026

Iż-żmien wasal u b’eċitament kbir nixtiequ nħabbru li l-grupp To Emmaus ser ikun qiegħed imur ġewwa Shkodër, l-Albanija, f’Ġunju li ġej għal ġimgħa ta’ ħidma volontarja mas-Sorijiet ta’ Mother Teresa. 🇦🇱

Din il-ħidma se tkun qiegħda ssir ma’ nies bi bżonnijiet speċjali filgħodu, u filgħaxija ħidma ma’ tfal tal-istess belt, li għadha qiegħda tiżviluppa ruħha.

Bħal dejjem aħna nduru lejkom, għall-għajnuna tagħkom fl-attivitajjiet ta' fundraising li se nkunu qiegħdin ngħamlu fix-xhur li ġejjin.

Minn hawn inħabbru li l-grupp To Emmaus, fl-aħħar tas-sena 2024, kien irċieva s-somma ta’ €8️⃣0️⃣0️⃣ mingħand il-kumpanija Blevins Franks Malta Dan kien kollu possibbli grazzi għas-Sinjorina Chantelle Persiano , li kienet il-persuna li pproponiet li dawn il-fondi mill-kumpanija jmorru għall-organizzazzjoni tagħna, wara li spjegat lid-diriġenti tal-kumpanija dwar il-ħidma tagħna maż-żgħażagħ. Grazzi immens ta' din id-donazzjoni sabiħa, li issa żgur instab il-mument opportun għall-użu tagħha — proprju għal din l-esperjenza ta’ volontarjat.

Nirringrazzjaw lil dawk li diġà għenu u lil dawk li se jgħinu fix-xhur li ġejjin għal dan il-għan.

Tislijiet għeżież 🫶

08/02/2026

Il-ġimgħa l-oħra bdejna l-laqgħa billi għamilna speċi ta’ tournament. Ħloqna x-xenarju li wara 1️⃣0️⃣0️⃣parteċipant kien għad fadal l-aħħar 1️⃣0️⃣ jikkompetu għat-titlu ta’ rebbieħ fl-ewwel, it-tieni u t-tielet post.🥇🥈🥉🏆

Ovvjament kien hemm ħafna għajjat li dan joħloq stress u aspettattivi ikbar li rridu ngħelbuhom. Fil-ħajja, il-falliment u d-diżappunt jistgħu jkunu konsegwenza ta’ dak li nipproġettaw għalina nfusna. Kultant inkunu rridu kollox perfett. Inkunu irridu naslu fejn nixtiequ, jew għas-sodisfazzjon personali jew biex inkunu bħal ħaddieħor.

Irridu niftakru li l-falliment fih innifsu huwa tagħlima biex nitgħallmu minnha u naraw x’nistgħu nagħmlu aħjar għal darb’oħra. Jgħinna wkoll inkabbru l-karattru tagħna. Il-falliment u d-diżappunt mhumiex xi ħaġa negattiva, imma realtà li tista’ tgħinna nikbru b’karattru b’saħħtu.

Pero’ fuq kollox, ftakru li Alla jħobbna irrispettivament mis-suċċessi u l-fallimenti tagħna, għax aħna lkoll uliedu. Għalhekk, meta nsibu ruħna f’dawn il-mumenti, għandna nduru lejn Alla fit-talb biex Hu jiggwidana u jfarraġna. 🥰

Tislijiet għeżież 🫶

Want your organisation to be the top-listed Non Profit Organisation in Mosta?
Click here to claim your Sponsored Listing.

Telephone

Website

Address


Oratorju Qalb Ta' Gesu
Mosta

Opening Hours

18:00 - 19:30