Beverly Saliba
Kunsilliera ghall- Kunsill Lokali ta' Marsaskala. Partit Laburista. Ġħandi 54 sena u ili ngħix Marsaskala ( Wiedil-Għajn) għal dawn l-aħħar 33 sena.
Miżżewġa lill-Inġinier Lawrence Saliba u għandi żewġt itfal – Graziella u Roberta. Ili 5 snin Segretarju fil-każin Partit Laburista Marsaskala u membru attiv fiċ-Ċentru Nazzjonali Partit Laburista. Jien persuna attiva fil- qasam tal-Volontarjat. Direttur Riżorsi Umani mal-Fondazzjoni Nazareth u anke Segretarju fl-organizazzjoni Active Youth. Bejn is-snin 2008 sa 2015 flimkien ma’ Dun Walter Cauch
𝗜𝗻𝘁𝗿𝗼𝗱𝘂𝗰𝗶𝗻𝗴 𝗢𝘂𝗿 𝗡𝗲𝘄 𝗥𝗲𝗺𝗼𝘁𝗲 𝗥𝗲𝗽𝗼𝗿𝘁𝗶𝗻𝗴 𝗨𝗻𝗶𝘁👮
As announced in our Blue Lives Annual Magazine, the have officially launched the Remote Reporting Unit! 🚔
For the past two weeks, we’ve been conducting a soft launch and we've already had multiple success stories.
📱 Why Use Remote Reporting?
✅ File reports from the comfort of your home or workplace using your computer, tablet or smartphone.
✅ No more waiting or unnecessary trips to the police station.
✅ Request a call-back and interact live with a trained police officer at your convenience.
🔗 How It Works:
✅ Reports can be taken over familiar platforms such as WhatsApp, Google Meet, FaceTime, Teams or a regular voice call.
✅ Choose the date and time for our officers to call you back.
🔍 Types of Reports:
✅ Non-emergency incidents
✅ Situations not requiring immediate intervention
Our highly trained staff will ensure your report is accurately captured and promptly processed. For cases needing further investigation, the report will be referred to the respective district or unit for follow-up.
Ready to make use of this convenient service? Click the link for more information:
🇬🇧 https://pulizija.gov.mt/en/file-a-report/
🇲🇹 https://pulizija.gov.mt/mt/aghmel-rapport/
𝙏𝙝𝙞𝙨 𝙣𝙚𝙬 𝙨𝙚𝙧𝙫𝙞𝙘𝙚 𝙞𝙨 𝙥𝙖𝙧𝙩 𝙤𝙛 𝙤𝙪𝙧 𝙘𝙤𝙣𝙩𝙞𝙣𝙪𝙤𝙪𝙨 𝙢𝙞𝙨𝙨𝙞𝙤𝙣 𝙩𝙤 𝙥𝙧𝙤𝙫𝙞𝙙𝙚 𝙖 𝙥𝙧𝙤𝙛𝙚𝙨𝙨𝙞𝙤𝙣𝙖𝙡 𝙖𝙣𝙙 𝙩𝙧𝙪𝙨𝙩𝙚𝙙 𝙥𝙤𝙡𝙞𝙘𝙞𝙣𝙜 𝙨𝙚𝙧𝙫𝙞𝙘𝙚 𝙩𝙤 𝙚𝙣𝙨𝙪𝙧𝙚 𝙨𝙖𝙛𝙚𝙩𝙮 𝙖𝙣𝙙 𝙨𝙚𝙘𝙪𝙧𝙞𝙩𝙮 𝙞𝙣 𝙥𝙖𝙧𝙩𝙣𝙚𝙧𝙨𝙝𝙞𝙥 𝙬𝙞𝙩𝙝 𝙩𝙝𝙚 𝙘𝙤𝙢𝙢𝙪𝙣𝙞𝙩𝙮 🤝
Stay Safe and take advantage of this new, efficient way to connect with us!
27/07/2024
Minn qalbi nixtieq nirringrazzja Grupp tal- armar ghal dan ir- rikonoxximent li nghatajt, biss rikonoxximent u apprezzament akbar ghandu jinghata lilkom ghal xoghol li intom ilkoll twettqu. Voluntiera li tahdmu lejl u nhar.
Huwa bil- hila taghkom taghkom li llum rahalna huwa sabih u mzejjen. Nhares l quddiem biex flimkien nkompli nahdmu ghal beneficcju ta' rahalna Wied il-Ghajn. Viva Sant Anna Grupp Armar Festa Sant' Anna Wied il-Għajn
21/07/2024
L-ewwel għoxrin (20) jum tiegħi bħala Kunsilliera fil-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala. Kunsill Lokali Marsaskala - Marsaskala Local Council
• Fil-laqgħa tal-Kunsill Lokali tat- 18 ta’ Lulju għaddejt mozzjoni biex jitwaqqaf kumitat mill-kunsilliera stess fejn xogħlu huwa li jseġwi li dak kollu li hemm imwiegħed fil- Manifest Elettorali jitwettaq. Din il-mozzjoni għaddiet u kien hemm qbil unanimu dwar dan.
• Laqgħa ma’ SEM Servizzi Ewropej Malta dwar kif aħna bħala Kunsill Lokali u anke l-għaqdiet tl-Lokal jistgħu jiggwadanjaw minn fondi Ewropej.
• Laqgħat mal-għaqdiet tal-Lokal; Marsaskala F.C., Waterpolo Club, Banda Sant’ Anna u -l- Għaqda tal-armar dwar opportunitajiet u skemi minn fondi ewropej.
• Preparazzjoni għal Youth Exchange ġewwa l-Greċja bis-sehem taż-żgħażagħ tal-lokal.
• Flimkien mas-Sindku u l-Kunsillera Maryrose Mifsud kellna laqgħa ma’ Festivals Malta bi preparazzjoni għal Karnival fil-Lokalita’ ta’ Marsaskala li ser jitgħella nhar il-Ħadd 25 ta’ Awwissu .
• Kont qrib ir-residenti u għaddejt kull ilment li kelli lill- kunsill Lokali. Ħafna mill-ilmenti ġew solvuti fi ftit jiem. Oħrajn pendenti u li s’issa għadhom mhux solvuti huma dawk li jikkonċernaw jew irridu jiġi mwettqa mill-awtoritajiet.
• Separatament iltqajt ma’ żewġ Aristi minn Wied il-Għajn fejn qsamna flimkien xi ħsebijiet dwar kif nistgħu nkabbru l-għarfien tal-Arti f’ raħalna.
• Erġajt iltaqt ma’ xi wħud mir-residenti li kienu kellmuni ftit xhur ilu dwar proġetti komunitarji u kulturali li nistgħu nwettqu flimkien.
• Kelli intervista ma’ student li bħalissa għaddej bl-istudju tiegħu dwar ċittadinanza Attiva u tkellimna kif nistgħu nressqu r-resident aktar viċin il-kunsill biex b’ hekk tikber il-komunita’ skaliza.
Għadna fil-bidu ... il-ħidma tkompli biex flimkien mas-Sindku u ma’ sħabi l-kunsilliera naraw li nwettqu dak kollu huwa ta’ ġid għal Wied il-Għajn.
Minn jixtieq li jikkomunika miegħi jew għal appuntament tistgħu tagħmlu dan billi ċċempluli fuq mobajl 79400238 jew tibgħatu email fuq beverly.saliba. [email protected]
21/07/2024
Il-Kumitat Partit Laburista ta’ Marsaskala, jixtieq jirringrazzja lil Onor Owen Bonnici, l- Onor Alicia Bugeja Said, l-Onor Ray Abela, il- kunsilliera tal-kunsill Lokali ta’ Marsaskala, lil Fr Luke u lil Fr Clive, u lill-għaqdiet tar-raħal; Marsaskala F.C, Għaqda Muzikali Sant ‘Anna Wied il-Għajn, Grupp Armar Festa Sant' Anna Wied il-Għajn, Ghaqda tan-nar Marsaskala u Kumitat Partit Nazzjonalista li għoġobhom jingħaqdu magħna għal riċeviment li organizzajna biex nibdew niċċelebraw flimkien festa Sant Anna. Grazzi tal-prezenza tagħkom. Ejja naħdmu ikoll flimkien għal ġid tal-komunita’ skaliza Partit Laburista.
12/07/2024
F' Attivita' organizzata mill- Assocazzjoni tal- Kunsilli Lokali. Prosit !!
12/07/2024
Kemm ahna ffurtunati ahna l- Iskalin li nistghu naghmlu spettaklu tan- nar minn fuq il- bahar.
Grazzi tmur lil dawk il- voluntiera kollha tal- Grupp tan-nar li qeghdin jahdmu biex din l- attivita' Sky lights ABBA Edition 2024 u anke biex jinharaq in- nar ghal granet l - ohra tal- festa qeghdin jirsistu biex ikollna spettaklu mill- isbah ghad unur il- patruna taghna Sant' Anna. Grupp tan- nar Sant' Anna.
12/07/2024
Avviż importanti li s-sidien tad-dgħajjes ġewwa Marsaskala. Kull min għandu d-dgħajjes ġewwa l-bajja importanti li jsegwi l-istruzzjonijiet maħruġa minn TM sabiex jiġu evitati kwalunkwe tip t' inċidenti. Dan il-Ħruq tan-Nar ser isir lejliet u nhar il-festa 27 u 28 ta' Lulju 2024. Grazzi tal-koperazzjoni massima tagħkom. Il-kordinatur tan-Nar David Spagnol.
12/07/2024
Il-hidma kontinwa ta' dawn il- voluntiera tal- grupp tal-armar hija wahda bla waqfien fejn qeghdin jahdmu lejl u nhar biex isebhu rahalna ghal zmien il- festa.
Se nibqa nkun qrib taghkom kif dejjem kont biex naraw li flimkien il- festa ddedikata lil Sant 'Anna tkompli tikber.
Grazzi mill- qalb.
12/07/2024
Kont prezenti għal ftuħ ta' esebizzjoni tal-Arti ' Open Air Art Exhibition' mtella' minn Rudy Buhler bil-parteċipazzjoni ta' diversi artisti b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' Marsaskala.
12/07/2024
Kunsilliera responabbli mill-Arti, il- Kultura u l- Komunitajiet.
12/07/2024
Iċ- ċerimonja tal-ġurament tal- ħatra tal- kunsilliera l-ġodda li ser iservu mill 1 ta' Lulju 2024 sa 2029.
12/07/2024
Grazzi lilkom li wrejtu l-fiduċja fija biex llum nagħmel parti mit-tim ta' kunsilliera tal-lokalita' ta' Marsaskala.
Ser naħdem biex flimkien ma' sħabi ndawru l-isfidi f'opportunitajiet u bidliet pożittivi favur il-lokalita' ta' Wied il-Għajn.
Click here to claim your Sponsored Listing.
Category
Website
Address
Marsaskala
MSK3600