Gozo Central Public Library
This is the official page of the Gozo Central Public Library in Victoria, Gozo
24/06/2026
Illum l-Erbgħa u Ġiġi tagħna tfaċċa estravaganti mis-soltu - SUPER ĠIĠI
SUPER ĠIĠI, Jixtieq ifakkarkom li llum l-librerija ser tkun miftuħa wara nofsinhar bejn l-4 ta' wara nofsinhar u 7 ta' filgħaxija.
Sajf 2026, ser tkun ħidma kontinwa għas-SUPER ĠIĠI, biex iktar tfal u adulti jżuruna l-librerija u jissellfu iktar kotba u jżidu iktar ħin ta' qari.
Nixtiequ nirringrazzjaw lil kollega tagħna Malcolm Cordina ta' din il-ħlewwa assoluta ta' kreazzjoni ta' Ġiġi 🐶
23/06/2026
Inħallu lit-tfal jagħżlu l-kotba li jixtiequ jaqraw.
Ħriġna ftit kotba mill-kollezzjoni tagħna bi stejjer dwar l-istaġun tas-sajf u dak kollu li jdur ma' dan l-istaġun tant sabiħ. 🌞☀️🏖️🌊⛱️🩲🩳👙🩱
Jekk tixtiequ taraw kotba b'suġġetti differenti esebiti, iktbu hawn taħt.
Nistennew mingħandkom
22/06/2026
L-Għodwa t-Tajba
Naqblu perfettament ma' dan miktub. Il-librerija jiġu jżurna kulħadd bla ebda distinzjoni. Għandna kulħadd milqugħ.
Ejjew żuruna u għidu kelma magħna jew ma' dawk li jkun hemm fil-librerija. Sadanittant issellfu ktieb b'dak is-suġġett li tixtiequ.
Il-Jum u l-Ġimgħa t-Tajba.
21/06/2026
Għada t-Tnejn 22 ta' Ġunju 2026, sessjoni oħra ta' Aqra Miegħi / Read with Me
📚📚📚 . Din is-Sessjoni li tibda fil-11.15.🧡📖👶🏻
Siegħa ta' qari bl-Ingliż, żfin u kant, għaċ-ċkejknin minn trabi sa' 3 snin, li jridu jkunu akkumpanjati minn ġenituri/gwardjani. 🧡📖👶🏻
Titilfux din l-opportunità ħelwa ta' kull nhar ta' Tnejn fil-librerija tagħna Gozo Central Public Library
🧡📖👶🏻
L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu
Malta Libraries
20/06/2026
Iktar kotba fuq IL-BOOK O'CLOCK. Ma jistax jonqos li spiċċaw kotba bis-suġġett tal-mument, il-futbol ⚽🏆⚽ u t-Tazza tad-Dinja. Kotba kemm bil-Malti u kif ukoll bl-Ingliż u kollha li huma għat-tfal⚽🏆⚽
Dejjem staqsu lil-librara tagħna għal kull tip ta' għajnuna anki fuq kotba dwar il-futbol 🏆⚽🏆
20/06/2026
Meta tidħol donazzjoni nduru l-kotba sew. Mhux l-ewwel darba li nsibu ritratti u ġieli xi santa, ġieli xi biljett tal-ajru jew xi riċetta mingħand tabib, jaf ġieli nsibu xi ittra sentimentali jew kif ukoll affarijiet oħra 😮🫨😨😰😵💫. Jekk ikunu affarijiet importanti nagħmlu kuntatt tad-donatur
Illum f'din id-donazzjoni partikolari fi 3 kotba sibna dawn. L-isem hu mgħotti, biss din hija storja oħra miktuba, barra dik li hemm fil-ktieb. Hu Jum il-Premjazzjoni tal-iskola DE LA SALLE COLLEGE MALTA, 27 ta' Ġunju 1970, 28 ta' Ġunju 1971
28 ta' Ġunju 1975, kollha 'l fuq minn 50 sena.
De La Salle College Malta (old la sallians)
De La Salle College intake 1972-1984 Scholastic Group
De La Salle College Malta
La Salle Malta
20/06/2026
Żebbuġ Gozo Branch Library
🎉 Caught up in World Cup 2026 fever? ⚽ Check out our football and soccer books! The library is open today until 5pm. Borrow one and in the meantime, tell us which country are you supporting this year ‼️
19/06/2026
Illum ġie iżuruna s-Sur Joe L Abdilla, l-awtur ta' żewġ kotba bit-titlu Malta Aerial Photography
Maltese Islands - Shores - Towns - Landscapes. Żewġ kotba li ħarġu fl-2023 u ieħor ħareġ fi 2025. Is-Sur Abdilla ta lil-librerija Gozo Central Public Library żewġ kotba mill-isbaħ.
Dawn iż-żewġ kotba huma mimlija b'ritratti mill-isbaħ, li ħa s-Sur Abdilla ta' l-arċipelagu Malti. Issibu ritratti li żgur li qatt ma rajtu lil Malta hekk.
Dawn il-kotba ser ikunu daqt fuq l-ixkaffar tagħna u tkunu tistgħu tisselfuhom ukoll.
Inroddulek ħajr, Sur Joe L. Abdilla.
Today, the Gozo Central Public Library was honoured by a visit from Mr. Joe L. Abdilla, author of the books Malta Aerial Photography and Maltese Islands – Shores – Towns – Landscapes. The first volume was published in 2023, while the second was published in 2025.
During his visit, Mr. Abdilla generously donated these two remarkable books to our library.
Both volumes are filled with stunning aerial photographs of the Maltese archipelago, captured by Mr. Abdilla himself. Through these breathtaking images, readers will discover views of Malta that they have likely never seen before.
These books will soon be available on our library shelves and may be borrowed by our patrons.
We extend our sincere thanks to Mr. Joe L. Abdilla for his generous donation and for sharing his extraordinary work with our community.
Iktar kotba ġodda għat-tfal, bil-Malti.
U aħna nieħdu pjaċir li dawn issibu posthom fuq l-ixkaffar tagħha.
Narawkom għada s-Sibt mis-730am sas-siegħa ta' wara nofsinhar.
Għajnsielem Branch Library
Click here to claim your Sponsored Listing.
Category
Address
Pjazza San Franġisk
Victoria
VCT1335
Opening Hours
| Monday | 07:30 - 13:30 |
| Tuesday | 07:30 - 13:30 |
| Wednesday | 07:30 - 13:30 |
| 14:00 - 18:00 | |
| Thursday | 07:30 - 13:30 |
| Friday | 07:30 - 13:30 |
| Saturday | 07:30 - 13:00 |