Alex Borg
Kap tal-Oppożizzjoni
Kap tal-Partit Nazzjonalista I am a lawyer by profession, specializing in Corporate, Maritime, Employment and Civil Law.
I have decided to run for politics in order to be able to address several issues which are of national importance and to be able to voice out people's concerns. I believe in using politics in order to help others.
Wara t-taħditiet li kelli l-ġimgħa l-oħra mal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qabel is-Summit tal-Partit Popolari Ewropew (PPE), bejn ilbieraħ u llum kelli laqgħat mal-MEPs l-oħra tal-PN David Casa u Peter Agius fi Brussell.
Iddiskutejna l-ħidma tal-Ewroparlamentari Nazzjonalisti u anke temi li qed jiġu diskussi fil-Parlament Ewropew, flimkien mal-ħidma li għandna quddiemna fuq livell Ewropew fix-xhur u l-ġimgħat li ġejjin.
21/06/2026
Tul din il-leġiżlatura rridu nkunu ta’ servizz mibni fuq is-serjetà, ir-rispett u r-riżultati għan-nies. Irridu nkunu Oppożizzjoni kostruttiva u responsabbli.
Se nkunu qed nappoġġjaw dak li hu tajjeb, se nikkritikaw fejn hemm bżonn b’soluzzjonijiet konkreti, u nibqgħu dejjem qrib in-nies.
Nibqa’ nemmen f’politika li tgħaqqad u li tpoġġi l-interess nazzjonali l-ewwel. Bil-ħidma tat-tim tagħna u r-riformi meħtieġa fil-Parlament, se nkomplu nibnu alternattiva kredibbli.
Il-fiduċja tinbena kuljum - u jien determinat li nibqa’ naħdem għalikom.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg intervistat fuq NET Television.
21/06/2026
Jum il-Missier dejjem iġib miegħu mewġa ta’ emozzjonijiet li diffiċli npoġġihom fi kliem.
Illum, aktar minn qatt qabel, qalbi tmur lejk, Pa.
Għalkemm m’għadekx magħna, inħoss il-preżenza tiegħek f’kull mument tal-ħajja tiegħi — fil-valuri sbieħ li għallimtni, fil-kuraġġ li dejjem tajtni, u fl-imħabba bla qies li ħallejt warajk.
Grazzi Pa, ta’ kull kelma, kull tgħanniqa, kull sagrifiċċju u kull mument li qsamt miegħi.
Il-memorja tiegħek tibqa’ tgħix fija, f’qalbi, u f’dak kollu li jien.
Inħobbok u nimmissjak ❤️
Lil hinn mill-fatt li Vanessa Frazier hija Maltija bħalna u li qiegħda taqdi dmirha bl-aħjar mod u fl-aħjar interess tan-Nazzjonijiet Uniti, qatt u qatt ma għandu argument, speċjalment wieħed diplomatiku, jiddeġenera f’attakk personali fejn ir-raġun jittieħed billi wieħed jipprova jagħlaq ħalq ħaddieħor. Irrispettivament minn min għandu raġun.
Għalhekk, minn hawn nixtieq insostni l-appoġġ kollu tiegħi lil Vanessa Frazier u nħeġġiġha tkompli twettaq xogħolha bla biża’ u favur u fl-aħjar interess tal-umanità.
Aħna warajk.
Magħkom dejjem. Mhux bil-kliem, imma bil-fatti.
Jum il-ftuħ statali tal-15-il Parlament. 🇲🇹
Fi Brussell iddiskutejna l-kompetittività Ewropea u d-difiża, it-tkabbir tal-UE u l-qagħda internazzjonali.
Lil sħabi l-mexxejja Ewropej membri tal-familja politika tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) aġġornajthom ukoll dwar ir-riżultat tal-elezzjoni ġenerali f'Malta.
Qabel is-Summit tal-EPP - European People's Party, żort lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u ddiskutejna fost l-oħrajn l-appuntament elettorali li jmiss f'pajjiżna - l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew ta' tliet snin oħra.
F'taħditiet li kelli mal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola fl-uffiċċju tagħha fil-Parlament Ewropew, qabel ma dħalna għas-Summit tal-Partit Popolari Ewropew, iddiskutejna kif se nkomplu naħdmu biex il-PN ikompli jissaħħaħ, anke fuq livell Ewropew.
Tkellimna wkoll dwar is-Summit tal-EPP - European People's Party u t-temi fuq l-aġenda, li jinkludu t-tisħiħ tas-sigurtà u d-difiża Ewropea, il-kompetittività, it-tkabbir tal-UE u r-rwol tal-Ewropa f’dinja li qed issir dejjem aktar instabbli.
Fi triqti lejn Brussell għas-Summit tal-EPP - European People's Party li se jsir għada qabel jiltaqa' l-Kunsill Ewropew.
Fit-taħditiet mal-mexxejja Ewropej membri tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) se nkunu qed niżguraw li nkomplu npoġġu l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin l-ewwel u qabel kollox.
Click here to claim your Sponsored Listing.
Category
Contact the public figure
Telephone
Website
Address
A1, TRIQ IS-SAJJIEDA
Victoria