Maria Lewis Singer

Maria Lewis Singer

Share

Singer 💗 Songwriter 💗 Presenter 💗

23/06/2026

♥️ Nixtieq nesprimi l-kondoljanzi sinċieri tiegħi lill-familja għażiża ta’ Doris Formosa, li dalgħodu ngħatat l-aħħar tislima fil-Bażilika ta’ Santa Marija fil-Mosta. Kienet ċerimonja qaddisa u dinjituża, u nixtieq insellem lill-familja kbira tagħha, li ħafna minnhom huma wkoll ħbieb tiegħi, u ngħaddilhom it-talb tiegħi f’dawn il-mumenti diffiċli.

Nirringrazzjahom għall-fiduċja li wrew fija, kif ukoll lil John Bray Funeral Services tal-organizzazzjoni u l-mod professjonali kif tmexxiet iċ-ċerimonja. Proset kbira tmur ukoll għall-mużiċisti bravissimi li akkumpanjawni, Elisabeth 🎹 u Alex 🎻. Nitolbu biex il-Mulej jagħti lil Doris il-mistrieħ ta’ dejjem 🙏🕊️🌿

🙏🕊️

23/06/2026

VANGELIS "CONQUEST OF PARADISE" - Solo organ piece by my dear friend Ray Storace ♥️🌿

Thanks Joseph Mary Mangion for your trust in our services during your funeral services 🙏🕊️

22/06/2026

♥️ Nixtieq nesprimi l-kondoljanzi sinċieri tiegħi lill-familja Scicluna għat-telfa tal-għażiż Emanuel "Lolly" Scicluna. Kien unur għalija li nkanta waqt il-funeral tiegħu. Nirringrazzja mill-qalb lill-familja tal-fiduċja li wrew fija, lid-direttur tal-funeral Joseph Mangion għall-organizzazzjoni u r-rispett li bih ġiet immexxija din iċ-ċerimonja, u lill-organista Ray Storace, li akkumpanjani b'mod mill-isbaħ matul is-servizz. Nitolbu biex il-Mulej jagħti lil Emanuel il-mistrieħ ta' dejjem u jagħti l-faraġ lill-familja kollha f'dan iż-żmien ta' niket.

Strieħ fis-sliem, Lolly 🙏🕊️🌿

🙏🕊️

21/06/2026

🩷 🎶 Fuq iz-zuntier, quddiem il-Knisja sabiħa ta’ Maria Bambina fil-Mellieħa, quddiem il-familja, il-ħbieb u l-folla numeruża li nġabret, kelli l-unur li nwassal l-aħħar tislima lil Gloria Borg, permezz tal-kanzunetta 'You Raise Me Up'. Kien ta privileġġ li nkun parti minn din it-tislima tant sinċiera. Grazzi kbira tmur lil Connie Borg li tat din is-sorpriża tant sabiħa u mhux mistennija lill-membri tal-familja tagħha. Strieħ fis-sliem għażiża Gloria 🙏

21/06/2026

Happy Father's Day. ❤️

Today, on Father's Day, we lovingly remember my dad, Roger, and my father-in-law, Joseph.

Although they are no longer with us, they remain forever in our hearts, in the memories we cherish, and in the love they gave us.

We pray that God grants them eternal peace, and we kindly ask you to keep them in your thoughts and prayers today, along with all the fathers who are dearly missed.

Happy Father's Day. We love you, we miss you, and you will always be in our hearts.

♥️♥️♥️

Roger Lewis
Joseph Mifsud

21/06/2026

💛🎶 Kelli l-unur li nkanta waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja tal-għażiża Gloria Borg, fejn għalaqt din il-quddiesa tant sabiħa u b'attendenza tassew numeruża bl-𝗔𝘃𝗲 𝗠𝗮𝗿𝗶𝗮, innu li kien tassew xieraq għall-Knisja Parrokkjali ta’ Maria Bambina fil-Mellieħa. Kelli wkoll il-pjaċir li nkun akkumpanjata mill-pjanista bravu Manfred Tanti, li ta sehem mill-isbaħ f’din iċ-ċelebrazzjoni. Nirringrazzja minn qalbi lill-familja tal-fiduċja li wrew fija, kif ukoll lil John Bray Funeral Services tal-professjonalità u l-organizzazzjoni tagħhom.

Strieħ fis-sliem, Gloria. 🙏

🙏💛🎶

20/06/2026

𝟓𝟐𝟎𝟎𝐊 𝐅𝐎𝐋𝐋𝐎𝐖𝐄𝐑𝐒!!!!! 𝐓𝐇𝐀𝐍𝐊 𝐘𝐎𝐔 𝐒𝐎 𝐌𝐔𝐂𝐇!!!! 🩷🎵🎶💙🎶🎊🎉💜

Maria Lewis Singer

20/06/2026

"Wieħed mill-isbaħ mumenti fil-Quddiesa huwa meta l-kongregazzjoni tingħaqad fil-kant, u flimkien noffru tifħir lil Alla b'qalb waħda u vuċi waħda." 💙

20/06/2026

🌹 Ħ𝘂 𝗳𝘁𝗶𝘁 𝗺𝗶𝗻𝘂𝘁𝗶 𝗸𝘂𝗹𝗷𝘂𝗺 𝗯𝗶𝗲𝘅 𝘁𝗶𝘁𝗹𝗼𝗯 𝗶𝗿-𝗥𝘂𝘇̇𝗮𝗿𝗷𝘂 𝗠𝗾𝗮𝗱𝗱𝗲𝘀. F'nofs il-ġiri u l-ħafna impenji tal-ħajja, ir-Rużarju jagħtina paċi, tama u jgħinna nersqu aktar qrib Ġesù permezz tal-interċessjoni mimlija mħabba tal-Madonna. Dawn il-filmati animati, bis-sottotitli bil-Malti, jgħinuk timmedita fuq il-Misteri b'mod aktar profond u b'ġabra akbar. Agħfas fuq il-link t'hawn taħt biex issib l-erba' settijiet tal-Misteri bil-Malti u agħmel ir-Rużarju parti mill-ħajja tiegħek ta' kuljum. Il-Madonna tbierek lilek u lill-familja tiegħek. 🙏📿

👉 𝗜𝘁𝗹𝗼𝗯 𝗶𝗿-𝗥𝘂𝘇̇𝗮𝗿𝗷𝘂 𝗯𝗶𝗹-𝗠𝗮𝗹𝘁𝗶 𝗵𝗮𝘄𝗻:
https://youtube.com/playlist?list=PLE1WkIHwvStQ1qwBNKGphLKK6gun5P9fZ&si=btRek8FtK5hpja3U

19/06/2026

💙 Kien ta' sodisfazzjon kbir għalija li llum kantajt waqt il-Quddiesa taċ-Ċelebrazzjoni li fakkret il-25 sena anniversarju mit-twaqqif taL-Għaqda Storika u Kulturali Marsa. Kelli wkoll il-pjaċir li nkun akkumpanjata fuq il-pjanu mill-brava Simone Inguanez, u flimkien tajna s-sehem tagħna f'quddiesa tassew sabiħa, mimlija talb, ġabra u ringrazzjament. Nirringrazzja lill-organizzaturi tal-istedina u lil kull min kien preżenti. 🎶🙏

Want your public figure to be the top-listed Public Figure in Mosta?
Click here to claim your Sponsored Listing.

Category

Telephone

Address


Mosta