Mosta Parish
Mosta Parish is one of the parishes in Malta
04/10/2026
Is-Sibt 3 ta’ Ottubru saret iċ-ċelebrazzjoni djoċesana ta’ San Tarċisju, qaddis protettur tal-abbatini. Uħud mill-abbatini tal-Mosta kienu preżenti għaċ-ċelebrazzjoni, li din is-sena saret fil-Parroċċa tan-Naxxar.
Nitolbu għal dawn l-abbatini sabiex dejjem ifittxu li jagħmlu dak li jitlob minnhom Ġesù.
Għaqda Nazzjonali tal-Abbatini Maltin
Il-Ħadd 4 ta’ Ottubru 2026 - Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-Sena - Quddiesa 8:00am
PROGRAMM TAL-JUM - DAILY PROGRAM
Il-Ħadd 4 ta’ Ottubru 2026 - Sunday 4th October 2026.
Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-Sena
Il-ħin tal-Quddies fil-Bażilika tal-Mosta ikun fis-6:00am, 7:00am, 8:00am,
9:30am,11:00am, 5:30pm u 7:00pm
11:00am se terġa tibda l-liturġija animata apposta għat-tfal. It-Tfal huma mistiedna biex iġibu l-pocket tal-iskola biex jitbierek waqt l-Quddiesa.
Niċċelebraw wkoll il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju.
5:30pm quddiesa kantata u wara purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju li tgħaddi minn Pjazza Rotunda, Toroq Kostituzzjoni, Kurat Schembri, Ġwanni XXIII, Nicolò Isouard, Nerik Mizzi, Kurat Schembri, Tabib Chetcuti, Salvu Dimech, Kurat Bezzina, Kbira, Pjazza Rotunda. Matul il-purċissjoni tingħad it-talba tar-Rużarju.
Mass in the Basilica is at : 6:00am, 7:00am, 8:00am, 9:30am,11:00am , 5:30pm and 7:00pm.
At 11:00 am, the liturgy specially animated for children will resume. Children are invited to bring their school pockets to be blessed during Mass.
We also celebrate the Feast of Our Lady of the Rosary.
At 5:30 pm, there will be a sung Mass followed by a procession with the statue of Our Lady of the Rosary. The route passes through Rotunda Square, and the streets of Kostituzzjoni, Kurat Schembri, Ġwanni XXIII, Nicolò Isouard, Nerik Mizzi, Kurat Schembri, Tabib Chetcuti, Salvu Dimech, Kurat Bezzina, and Kbira, returning to Rotunda Square. The Rosary will be recited during the procession.
03/10/2026
Nhar it-Tlieta 29 ta' Settembru 2026 saret laqgħa ta' formazzjoni għall-katekisti fil-MUSEUM tas-subien.
Hekk kif qed tibda' is-sena kateketika nitolbu għal dawn il-persuni li b'tant dedikazzjoni joffru siegħat ta' ħidma volontarja sabiex jgħinu lit-tfal tal-parroċċa tagħna jiġu iffurmati fil-fidi.
03/10/2026
Riflessjoni għas-27 Ħadd ta' matul is-sena mill-Arċipriet Dun Bastjan Caruana - https://mostachurch.com/riflessjoni-ghas-27-hadd-ta-matul-is-sena-5/
03/10/2026
1. IL-ĦADD (4) Niċċelebraw il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fil-5:30p.m. quddiesa kantata u wara purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju li tgħaddi minn Pjazza Rotunda, Toroq Kostituzzjoni, Kurat Schembri, Ġwanni XXIII, Nicolò Isouard, Nerik Mizzi, Kurat Schembri, Tabib Chetcuti, Salvu Dimech, Kurat Bezzina, Kbira, Pjazza Rotunda. Matul il-purċissjoni tingħad it-talba tar-Rużarju.
2. IT-TNEJN (5) Fil-5.30p.m. se ssir Quddiesa fiċ-Ċimiterju.
3. L-ERBGĦA (7) Festa Liturġika tal-Madonna tar-Rużarju, aħna lkoll mistiedna nitolbu t-talba tar-Rużarju għall-paċi fid-dinja.
4. L-ERBGĦA (7) Il-Quddies tas-6.30pm fil-Bażilika se tkun b’sufraġju ta’ ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem bejn Lulju u Settembru.
5. IS-SIBT (10) Se jsir Seminar għall-ġenituri u l-adoloxxenti li ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof fl-aħħar tax-xahar. Is-Seminar se jsir St Michael School, Santa Venera , fil-5pm.
6. IS-SIBT (10) Wara l-Quddiesa tas-6:30pm. se jittella kunċert fuq it-taraġ taz-zuntier tal-Bażilika mill-Kor Germaniz Obersberg Model and Comprehensive School Youth Choir. Kulħadd hu misteden.
7. IL-ĦADD (11) Fil-5pm, fil-Bażilika ssir ċ-Ċelebrazzjoni tal-Magħmudija.
8. IL-ĦADD (11) Se ssir il-festa tal-viżitazzjoni ta’ Marija lil Eliżabetta fil-kappella ta’ Wejda. Fis-6.30pm se ssir quddiesa tal-festa. Kulħadd hu mistieden.
9. Kull tieni Sibt tax-xahar, issir Quddiesa u Adorazzjoni għall-Vokazzjonijiet fis-Seminarju tal-Virtu r-Rabat, fis-6pm.
10. Il-grupp servizz tama fi ħdan il-Kummissjoni Djakonija se jorganizza Ħarġa għall-Anzjani, għall-Knisja ta' Santa Marija tal-Anġli, Baħar iċ- Ċagħaq, nhar l-Erbgħa 14 ta' Ottubru filgħodu. Aktar dettalji minn fuq in-Notice Boards tal-knisja. Kitba fl-Uffiċċju Parrokkjali sas-Sibt li ġej.
11. Nitolbu għal Vincenza Calleja, Richard Mallia, Marianne Camilleri u Emanuel Mifsud li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej..............
PROGRAMM TAL-JUM - DAILY PROGRAM
Is-Sibt 3 ta’ Ottubru 2026 –Saturday 3rd October 2026.
Il-Festa ta’ Santa Theodora Guerin
Il-ħin tal-Quddies fil-Bażilika ikun 6:30am, 7:30am, 8.30am u 5:00pm u 6:30pm.
Mass time at the Basilica is at 6:30am, 7:30am, 8:30am, 5:00pm and 6:30
02.10.26 - Festa tal-Anġli Kustodji Mqaddsa - Quddiesa 6:30pm
02/10/2026
𝐅𝐞𝐬𝐭𝐚 𝐭𝐚𝐥-𝐌𝐚𝐝𝐨𝐧𝐧𝐚 𝐭𝐚𝐫-𝐑𝐮ż𝐚𝐫𝐣𝐮
Nhar il-Ħadd 4 ta' Ottubru 2026 issir il-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fil-5:30p.m. quddiesa kantata u wara purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju li tgħaddi minn Pjazza Rotunda, Toroq Kostituzzjoni, Kurat Schembri, Ġwanni XXIII, Nicolò Isouard, Nerik Mizzi, Kurat Schembri, Tabib Chetcuti, Salvu Dimech, Kurat Bezzina, Kbira, Pjazza Rotunda. Matul il-purċissjoni tingħad it-talba tar-Rużarju.
𝗞𝘂𝗹𝗹ħ𝗮𝗱𝗱 𝗺𝗶𝘀𝘁𝗶𝗲𝗱𝗲𝗻 𝗶ġ𝗶𝗯 𝘅𝗲𝗺𝗴ħ𝗮 𝗺𝗶𝗲𝗴ħ𝘂 𝗴ħ𝗮𝗹 𝗺𝗮𝘁𝘂𝗹 𝗶𝗹-𝗽𝘂𝗿ċ𝗶𝘀𝘀𝗷𝗼𝗻𝗶.
PROGRAMM TAL-JUM - DAILY PROGRAM
Il-Ġimgħa 2 ta’ Ottubru 2026 – Friday 2nd October 2026.
Festa tal-Anġli Kustodji Mqaddsa
Il-ħin tal-Quddies fil-Bażilika ikun 6:30am, 7:30am, 8:30am u 6:30pm
Fil-5pm se ssir laqgħa għall-Addoloxenti li se jirċievu l-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej. Il-Laqgħa se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu.
7:30pm-10:00pm se jerġgħu jibdew is-sessjonijiet tal-Oratorju Goes Social. Dawn se jibdew isiru kull l-ewwel ġimgħa tax-xahar, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu. Nibdew b’mument qasir ta’ talb u wara ikun hemm ħin soċjali. Mistiedna l- adoloxxenti u żgħażagħ bejn it-13 u t-18 -il sena.
Mass time at the Basilica is at 6:30am, 7:30am, 8:30am and 6:30pm
A meeting will be held at 5:00 pm for adolescents who are due to receive the Sacrament of Confirmation this coming October. The meeting will take place at the Sacred Heart of Jesus Oratory.
The 'Oratory Goes Social' sessions will resume from 7:30 pm to 10:00 pm. These will take place on the first week of every month at the Sacred Heart of Jesus Oratory. We will begin with a brief moment of prayer, followed by a social gathering. Adolescents and young people aged between 13 and 18 are invited to attend.
Click here to claim your Sponsored Listing.
Category
Contact the place of worship
Website
Address
15, Church Street
Mosta
Alerts
Be the first to know and let us send you an email when Mosta Parish posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.