Marsaskala Parish

Marsaskala Parish

Share

Contact information, map and directions, contact form, opening hours, services, ratings, photos, videos and announcements from Marsaskala Parish, Religious organisation, Ufficcju Parrokkjali, 4, Triq San Gorg, Marsaskala.

BTW: Minn bankier fl-Indja għal saċerdot f'Malta 17/06/2026

BTW: Minn bankier fl-Indja għal saċerdot f'Malta Segwi l-esperjenza ta' Fr Jerome waqt BTW tal-lejla, fil-5pm fuq radju RTK103 filwaqt li jkun bil-filmat fuq Facebook

17/06/2026

Is-Seba' Dnubiet il-Mejta:
Katekeżi 6: Il-vanaglorja. Is-suppervja.

Fr Clive Seychell

Photos from Marsaskala Parish's post 17/06/2026

Is-Seba' Dnubiet il-Mejta:
Katekeżi 6: Il-vanaglorja. Is-suppervja.

Isma' l-katekeżi hawn:
https://open.spotify.com/episode/0r8jgSWCKSnKu7rRcuFOoZ?si=wV-9SD_6QaOOgQ9aNdOU2Q

Fr Clive Seychell

Photos from Marsaskala Parish's post 16/06/2026

Quddiesa tal-festa ta' Sant'Antnin fil-Kappella minn Patri Allister Aquilina Ofm Conv. u wara sar it-tberik tal-ħobż.

📷 Joseph Magri

Photos from Marsaskala Parish's post 15/06/2026

Dalgħodu ċċelebrajna l-festa ta' Sant'Antnin ta' Padova fil-kappella. Illejla nkomplu b'quddiesa fis-7.15pm quddiem il-kappella.

Narawkom!

Photos from Marsaskala Parish's post 14/06/2026

🌟🙏 PARROĊĊA TA' SANT'ANNA – AVVIŻI 🙏🌟

📅 14 ta' Ġunju 2026

━━━━━━━━━━━━━━━━━━

👶 Magħmudija Komunitarja

Is-Sibt 13 ta’ Ġunju ssir il-Magħmudija tat-trabi fil-quddiesa li tibda fil-5:15 pm.

━━━━━━━━━━━━━━━━━━

⛪ Festa ta’ Sant’Antnin ta’ Padova

It-Tnejn 15 ta’ Ġunju 2026 fil-Kappella tal-Park ta’ Sant’Antnin issir il-festa ta’ Sant’Antnin ta’ Padova.

🕙 Quddiesa fl-10:00am
🕖 Quddiesa fis-7:15pm

Inħeġġukom sabiex nattendu u wara l-quddiesa jkollna l-ħobż biż-żejt u drinks.

━━━━━━━━━━━━━━━━━━

📖 Proġett Voices from Marsaskala Bay

Se ssir taħdita li matulha se jkunu rrakkuntati stejjer antiki minn Wied il-Għajn nhar il-Ħamis, 18 ta’ Ġunju fis-6.30pm, f’Dar Frate Jacoba.

Wara se jkun hemm l-opportunità li jiġu diġitalizzati ritratti antiki ta’ Wied il-Għajn u jkollna wkoll riċeviment żgħir.

Aktar informazzjoni u reġistrazzjoni:
https://mela.org.mt/stejjer-minn-wied-il-ghajn/

━━━━━━━━━━━━━━━━━━

🎆 Ikla mal-Grupp tan-Nar

Il-Grupp tan-Nar tal-parroċċa tagħna qed jorganizza ikla fil-klabb tal-boċċi nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Ġunju mis-7.30pm il-quddiem.

🎟️ Biljetti mingħand il-membri.

━━━━━━━━━━━━━━━━━━

👨‍👩‍👧‍👦 Festa Familja fuq iz-zuntier

Il-Ġimgħa 26 ta’ Ġunju 2026, qed norganizzaw Festa Familja, b'ikla fuq iz-zuntier xahar qabel il-festa ta’ Sant’Anna.

🕖 Nibdew fis-7:00pm.

Inħeġġiġkom sabiex tixtru l-biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali jew mis-Sagristija.

━━━━━━━━━━━━━━━━━━

🔥 Grupp tal-Armar

Is-Sibt 4 ta’ Lulju 2026 il-Grupp tal-Armar tal-Parroċċa ser jorganizza BBQ ġewwa Ġnien Sant’Anna mis-7.30pm ‘l quddiem.

Għall-aktar dettalji tistgħu tkellmu lill-membru tal-Grupp tal-Armar.

━━━━━━━━━━━━━━━━━━

📘 Ħolqa Bejnietna – Ktieb tal-Festa 2026

Dawk li jixtiequ jirreklamaw fil-ħarġa speċjali tal-Programm tal-Festa ta’ Sant’Anna, jistgħu jkellmuna fis-sagristija.

Grazzi.

━━━━━━━━━━━━━━━━━━

🌞 Youths Marsaskala - Summer Club 2026

Iż-żgħażagħ tal-parroċċa tagħna qed jorganizzaw Summer Club filgħaxijiet nhar ta’ Erbgħa, Ħamis u Ġimgħa għax-xahar ta’ Lulju.

Jinkludi laqgħat, attivitajiet, logħob u baħar għall-adolexxenti bejn it-12 u 18-il sena (li twieldu bejn 2009 u 2014).

Għal aktar informazzjoni idħlu fis-sagristija jew kellmu lil-leaders tal-gruppi taż-żgħażagħ tagħna.

📝 Reġistrazzjoni online:
https://forms.gle/66uzd58iyrwUge4KA

━━━━━━━━━━━━━━━━━━

💦 Kummissjoni Tfal - Fun Zone Thursdays

Il-Kummissjoni Tfal qed torganizza Water Games fuq iz-zuntier nhar ta’ Ħamis filgħaxija għax-xahar ta’ Lulju.

⛪ Ser ikollna quddiesa animata għat-tfal fis-6.30pm u wara jibdew logħob u attivitajiet u ħafna rigali.

Tfal bejn is-6 snin u 11-il sena jistgħu japplikaw għal dan is-summerclub billi jirreġistraw online jew ikellmu lil xi ħadd minna s-saċerdoti.

It-tfal iridu jigu akkumpanjati mill-ġenituri waqt il-logħob.

📝 Reġistrazzjoni online:
https://forms.gle/DjCSpUakbUvnSHwy7

━━━━━━━━━━━━━━━━━━

🎶 Ukulele Club

Qed jiġi organizzat Ukulele Club għat-tfal u adolexxenti taħt is-16-il sena għax-xhur tas-sajf, fejn jitgħallmu dan l-istrument mużikali.

Għall-applikazzjonijiet u aktar informazzjoni tistgħu tidħlu fuq il-page tal-parroċċa jew fis-sagristija.

Aktar dettalji fl-applikazzjoni:
https://forms.gle/vXZrMLqVVw9f5GSs5

🇬🇧 ENGLISH

👶 Community Baptism

On Saturday 13 June, the Baptism of infants will take place during the Mass which begins at 5:15pm.

⛪ Feast of Saint Anthony of Padua

On Monday 15 June 2026, the Feast of Saint Anthony of Padua will be celebrated at the Chapel in Saint Anthony's Park.

Masses:
🕙 10:00am
🕖 7:15pm

We encourage everyone to attend. After Mass there will be traditional Maltese bread with olive oil and drinks.

📖 Voices from Marsaskala Bay Project

A talk featuring old stories from Marsaskala will be held on Thursday, 18 June at 6:30pm at Dar Frate Jacoba.

Afterwards there will be an opportunity to digitise old Marsaskala photographs and there will also be a small reception.

🎆 Dinner with the Fireworks Group

Our Parish Fireworks Group is organising a dinner at the Bocci Club on Friday 19 June from 7:30pm onwards.

🎟️ Tickets available from members.

👨‍👩‍👧‍👦 Festa Familja on the Church Parvis

On Friday 26 June 2026, we are organising a Festa Familja (Family Feast ) with a dinner on the church parvis, one month before the Feast of Saint Anne.

The event starts at 7:00pm.

🔥 Grupp tal-Armar (Decorations Group ) BBQ

On Saturday 4 July 2026, the Grupp tal-Armar (Parish Decorations Group) will organise a BBQ at Saint Anne Garden from 7:30pm onwards.

📘 Ħolqa Bejnietna – Feast Book 2026

Those who wish to advertise in the special Feast Programme publication of the Feast of Saint Anne may contact us in the sacristy.

🌞 Youths Marsaskala – Summer Club 2026

The parish youth are organising a Summer Club on Wednesday, Thursday and Friday evenings throughout July.

It includes meetings, activities, games and sea outings for adolescents aged 12 to 18 (born between 2009 and 2014).

💦 Children's Commission – Fun Zone Thursdays

The Children's Commission is organising Water Games on the church parvis on Thursday evenings during July.

There will be a children's animated Mass at 6:30pm followed by games, activities and lots of prizes.

Children aged 6 to 11 may apply by registering online or by speaking to one of the priests.

Children must be accompanied by their parents during the games.

🎶 Ukulele Club

A Ukulele Club is being organised for children and adolescents under 16 years of age during the summer months, where they will learn to play this musical instrument.

Applications and further information are available through the parish page or in the sacristy.

13/06/2026

📖 Qari mill-Evanġelju skond San Mattew

F’dak iż-żmien, Ġesù ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj. Imbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Il-ħsad huwa kbir, iżda l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu”.

Sejjaħ lejh it-tnax-il dixxiplu tiegħu, u tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena biex ikeċċuhom, u jfejqu kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn saħħtu.

L-ismijiet tat-tnax-il appostlu huma dawn: l-ewwel Xmun, jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, u Ġakbu ta’ Żebedew, u ħuh Ġwanni, Filippu u Bartilmew, Tumas u Mattew il-pubblikan, Ġakbu ta’ Alfew, u Taddew, Xmun il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh.

Lil dawn it-tnax Ġesù bagħathom b’dawn l-ordnijiet: “Taqbdux triq il-pagani, u tidħlux f’belt tas-Samaritani; imma qabel xejn morru fittxu n-nagħaġ il-mitlufa tad-dar ta’ Iżrael. Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet. Fejqu l-morda, qajmu l-mejtin, fejqu l-lebbrużi, keċċu x-xjaten. B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu”.
Mt 9, 36 – 10, 8

🔗 https://marsaskalaparish.org/2026/06/l-ewwel-l-imhabba-imbaghad-it-teknika/

Photos from Marsaskala Parish's post 13/06/2026

Quddiesa u purċissjoni fil-Festa tal-Qalb ta' Ġesù bis-sehem tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina. (pt1)

📷 Edward Debono

Fratellanza Sant Anna
18th Marsaskala Girl Guides

Photos from Marsaskala Parish's post 13/06/2026

Quddiesa u purċissjoni fil-Festa tal-Qalb ta' Ġesù bis-sehem tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina. (pt2)

📷 Edward Debono

Fratellanza Sant Anna
18th Marsaskala Girl Guides

Photos from Marsaskala Parish's post 12/06/2026

Adorazzjoni lejlet il-festa tal-Qalb Imqaddsa ta Gesu imħejjija mill- Kummissjoni Djakonija u l-Orchestrina Arcum dwar l-opri tal-ħniena, fejn il-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin ġeddew l-impenn tagħhom biex iwasslu l-Ewkaristija lil ħutna fil-komunità.

📷 Joseph Magri

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Marsaskala?
Click here to claim your Sponsored Listing.

Telephone

Address


Ufficcju Parrokkjali, 4, Triq San Gorg
Marsaskala
MSK1030

Opening Hours

Monday 16:30 - 17:30
Wednesday 16:30 - 17:30
Friday 16:30 - 17:30