Marsa Local Council
Għas-servizz tar-resident Marsi. Marsa Local Council
19/06/2026
📢 Ingħaqad mal-WhatsApp Channel tal-Community Police tal-Marsa! 👮♂️📱
Il-Community Police tal-Marsa nedew il-WhatsApp Channel uffiċjali tagħhom sabiex iżommu lir-residenti u l-pubbliku infurmati dwar dak li jkun qed iseħħ fil-lokal tagħna.
Permezz ta’ dan il-channel tista’ tirċievi:
✅ Aġġornamenti importanti
✅ Avviżi relatati mas-sigurtà
✅ Notifiki komunitarji
✅ Informazzjoni utli dwar il-Marsa u l-inħawi tagħha
Bħala Kunsill Lokali tal-Marsa, inħeġġu lir-residenti kollha sabiex jingħaqdu ma’ din l-inizjattiva li tkompli ssaħħaħ il-komunikazzjoni bejn il-pulizija u l-komunità tagħna.
Flimkien nistgħu nibnu Marsa aktar sigura, aktar nadifa u aktar organizzata.
📲 Skennja l-kodiċi QR li jidher fil-poster u ingħaqad illum stess!
18/06/2026
Niħdu ħsieb il-ġonna tagħna!
17/06/2026
Il-Kunsill Lokali tal-Marsa jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħatra tal-Ministru Onor. Alison Zerafa Civelli bħala Ministru responsabbli mill-Gvern Lokali u jawguralha kull suċċess fir-responsabbiltà importanti li ġiet fdata lilha.
Il-Kunsill jawgura wkoll kull suċċess lis-Segretarju Permanenti l-ġdid, is-Sur Vassallo, fil-ħatra tiegħu u fir-rwol importanti li se jkun qed jaqdi.
Ninsabu ħerqana li nkomplu naħdmu flimkien għall-ġid tal-Kunsilli Lokali, tar-residenti u tal-komunitajiet kollha madwar Malta u Għawdex. 🇲🇹
17/06/2026
🧹 Tindif Intensiv fi Triq Troughbridge, Marsa! 🧹
Illum il-Kunsill Lokali tal-Marsa wettaq tindif intensiv fi Triq Troughbridge bħala parti mill-impenn kontinwu tagħna biex inżommu l-lokalità tagħna aktar nadifa, aktar sabiħa u aktar sigura għar-residenti kollha.
Matul dan l-intervent tneħħa skart akkumulat, sar tindif ġenerali tal-inħawi u ngħatat attenzjoni partikolari lill-indafa taż-żoni pubbliċi sabiex intejbu l-kwalità tal-ħajja fil-komunità tagħna.
Nirringrazzjaw lill-ħaddiema kollha involuti għall-ħidma tagħhom u nħeġġu lir-residenti sabiex inkomplu naħdmu flimkien biex inżommu l-Marsa nadifa u nieħdu ħsieb l-ambjent ta’ madwarna. 🌿
Il-Kunsill Lokali tal-Marsa jibqa’ kommess li jinvesti f’lokalità aktar nadifa, aktar organizzata u aktar pjaċevoli għal kulħadd. ♻️✨
13/06/2026
L-indafa wara l-ġimgħa tal-festa ✅
05/06/2026
🎉❤️💙 FESTA TAT-TFAL FIL-MARSA 💙❤️🎉
Il-Kunsill Lokali tal-Marsa jixtieq jinforma lir-residenti kollha dwar il-Festa tat-Tfal organizzata mill-Iskola Primarja tal-Marsa – San Ġorġ Preca College.
📅 L-Erbgħa 10 ta’ Ġunju 2026
🕣 Mit-8:30am sad-9:30am
Wara s-suċċess kbir tas-sena li għaddiet, din is-sena ser terġa’ tittella’ attività sabiħa ddedikata għat-tfal tagħna.
🎺🥁 Se ssir purċissjoni qasira mill-iskola sal-Knisja tat-Trinità Qaddisa, bis-sehem tat-tfal tal-iskola u akkumpanjata minn banda, f’atmosfera ferriħija u mimlija briju.
👨👩👧👦 Inħeġġu lill-familji kollha, residenti u ħbieb tal-Marsa biex jingħaqdu magħna u jagħtu s-sapport tagħhom lit-tfal tagħna f’din il-festa speċjali.
👏 Prosit lill-amministrazzjoni tal-iskola, lill-għalliema, lill-istaff kollu u lill-ġenituri għall-impenn tagħhom sabiex jorganizzaw attività li tkompli ssaħħaħ il-komunità tagħna.
📍 Narawkom nhar l-Erbgħa filgħodu għal Festa tat-Tfal mimlija ferħ, tradizzjoni u komunità!
29/05/2026
Nhar is-Sibt 30 ta' Mejju 2026 l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali ser ikun magħluq. Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent.
On Saturday 30th May 2026 the office of the Local Council shall be closed. We apologize for any inconvenience this may cause.
28/05/2026
Kunsill lokali li jaħdem għar-residenti tiegħu!
25/05/2026
Il-Ħamis 21 ta’ Mejju, il-Kunsill Lokali tal-Marsa organizza attività sinifikanti fejn kellna l-privileġġ nilqgħu fostna lill-E.T. Miriam Spiteri Debono, President ta’ Malta.
Permezz ta’ din l-attività, l-għaqdiet taż-żewġ parroċċi, kif ukoll diversi entitajiet kummerċjali, membri parlamentari, is-sindku, il-viċi sindku, il-kunsilliera u individwi oħra ngħaqdu flimkien sabiex tingħata donazzjoni lill-Malta Community Chest Fund, b’għan ta’ solidarjetà u għajnuna fil-komunità.
Kienet attività organizzata tajjeb ħafna u nittama li fil-futur ikollna aktar inizjattivi bħal dawn li jkomplu jgħaqqdu lill-komunità tagħna.
Grazzi lil kull min attenda u ta s-sehem tiegħu sabiex din l-attività tkun tassew suċċess.
19/05/2026
Bħala kunsill lokali, dejjem nippruvaw inkunu ta’ għajnuna u viċin il-komunità tagħna, speċjalment meta jiġu biex ngħinu lit-tfal u l-ġenerazzjonijiet futuri tal-lokal tagħna.
Ftit tal-ġimgħat ilu, ippreżentajt f’isem il-kunsill, għotja ta' kotba bħala donazzjoni għat-tfal tal-iskola Skola San Ġorġ Preca.
Nemmen li l-edukazzjoni u l-appoġġ lit-tfal huma investiment dirett fil-futur tal-Marsa.
Għalhekk, bħala kunsill nibqgħu kommessi li nappoġġjaw inizjattivi li jagħmlu differenza pożittiva fil-ħajja tat-tfal u tal-familji tagħna.
Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-amministrazzjoni tal-iskola u lill-edukaturi kollha tax-xogħol u d-dedikazzjoni tagħhom ta’ kuljum.
Flimkien nistgħu nibqgħu nibnu komunità aktar magħquda, b’saħħitha u mimlija opportunitajiet għal kulħadd.
Click here to claim your Sponsored Listing.
Category
Website
Address
Pont San Tumas
Marsa