SKS Publishers

SKS Publishers

Share

SKS Publishers SKS is a publishing house based in Malta specialising mainly in the genres of history, literature, political theory, culture, and biography.

SKS strives to inform and educate the general public by publishing high-quality books based on a liberal understanding of life, history and literature, to provide writers and researchers of a similar persuasion the opportunity to publish their works, and to contribute towards the social, cultural, intellectual and national enrich.

25/05/2026

CLYDE CARUANA

Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana jifli l-ktieb LABURISTI TAL-AZZAR f’Ħaż-Żabbar. Fost il-75 protagonist f’dan il-ktieb hemm tlieta minn Ħaż-Żabbar: Salvu Astarita, dixxiplu ta’ Manwel Dimech u attivist Laburista; Joan Barbara u Feliċ Agius.

25/05/2026

Fleur Abela, Kandidata tal-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali, tara l-kapitlu dwar Ġużi Muscat, In-Nugget tar-Rabat miktub minn missierha l-Imħallef Toni Abela fil-Mass Meeting tal-Ħamrun. Toni Abela kiteb ukoll dwar Ġużu Chircop, Il-Gedù, Fonzu tal-Birra u Joe Grech tal-Ħamrun fil-ktieb ​LABURISTI TAL-AZZAR.

24/05/2026

It-Torca 24 ta' Gunju 2026

Ktieb li ghandu jkun fil-Librerija ta' kull min ghandu ghal qalbu l-istorja socjali u politika ta' Malta.

23/05/2026

RAMONA ATTARD

Ramona Attard, li tidher tqalleb il-paġni tal-ktieb LABURISTI TAL-AZZAR f’Ħal Qormi, qalet lil SKS li dan il-ktieb jixraqlu jkun f’kull dar tal-Laburisti f’Malta u f’Għawdex għax jiffoka fuq irġiel u nisa li taw ħinhom u saħħithom għall-Partit Laburista fi żmenijiet mill-aktar diffiċli.

21/05/2026

KBURIN B’DAWK LI ĠEW QABILNA
L-Avukat Anthony Degiovanni, Chairperson tal-SKS, qal illum li hawn domanda enormi għall-pubblikazzjoni LABURISTI TAL-AZZAR. SKS qed iddur il-bliet u l-irħula waqt l-attivitajiet tal-Partit Laburista b’dan il-ktieb.
L-Avukat Degiovanni qal li laqtu kumment li għamlet Claire Xuereb Grech, Editriċi fid-daħla tal-ktieb li ‘mingħajr il-Laburisti tal-azzar ma kien ikun hemm ebda Partit Laburista, ebda Moviment Laburista, ebda Gvern Laburista, ebda Malta ħielsa u ebda pajjiż newtrali. Mingħajr dawn in-nies, aktarx sallum kien għad għandna bażi militari Ingliża f’Malta, għadha hawn in-NATO, għadna ekonomikament niddependu mill-ħniena ta’ ħaddieħor u għadna nintużaw għall-gwerer kontra l-ġirien tagħna u kontra pajjiżi oħra f’inħawi oħra tad-dinja.’
Aqraw dal-ktieb għax għandna nkunu kburin b’dawk li ġew qabilna.

18/05/2026

Il-Ministru Silvio Schembri bil-Ktieb LABURISTI TAL-AZZAR waqt il-Mass Meeting tal-Partit Laburista fl-Imqabba. Schembri sellem lill-protagonisti f’dan il-ktieb b’mod partikolari lil Ċikku Ellul minn Ħal Luqa, magħruf bħala Ċikku Beżżagħni, raġel kuraġġuż. li kien ‘bodyguard’ tal-Perit Mintoff fis-snin sittin tas-seklu l-ieħor.

17/05/2026

Il-Ministru Jonathan Attard b'kopja tal-ktieb LABURISTI TAL-AZZAR fil-Mass Meeting tal-Imqabba.

08/05/2026
03/05/2026

Il-Ministru Michael Falzon fl-Istand tal-SKS waqt il-Mass Rally tan-Naxxar iqalleb il-paġni ta' LABURISTI TAL-AZZAR. Il-Ministru Falzon feraħ lil SKS ta' din il-pubblikazzjoni li fil-qoxra tagħha jidher Nenu Buhagiar tal-Gżira li kien ħabib antik ta' Michael Falzon u baqa' jimmilita fil-Partit sal-aħħar. Il-Ministru Falzon qal li dal-ktieb jixraqlu jkun fid-djar tal-Maltin u l-Għawdxin biex jifhmu sew kemm batew il-Laburisti ta’ qabilna.

29/04/2026

Claire Xuereb Grech, Editriċi tal-ktieb LABURISTI TAL-AZZAR, ippreżentat kopja tal-ktieb lid-Deputat Prim Ministru Ian Borg. Il-Ministru Borg feraħ lil Claire Xuereb Grech u lil SKS għal din il-pubblikazzjoni u qal li dan il-ktieb jixraqlu jitġawda mill-familji Maltin u Għawdxin. “Il-protagonisti li jissemmew f’dan il-ktieb u ħafna oħrajn bħalhom li jixirqilhom ikunu fil-volumi li jmiss ta’ din il-pubblikazzjoni huma s-sisien li inbena fuqhom il-Partit Laburista”, qal il-Ministru Borg li stieden lill-pubbliku biex jakkwista kopja fl-Ewwel ta’ Mejju fil-Belt.

Want your business to be the top-listed Media Company in Il-Hamrun?
Click here to claim your Sponsored Listing.

Address


Centru Nazzjonali Laburista, Triq Milend
Il-Hamrun