Il-Gudja Local Council
Contact information, map and directions, contact form, opening hours, services, ratings, photos, videos and announcements from Il-Gudja Local Council, Government Organization, 88, Triq Raymond Caruana, Gudja.
15/06/2026
Għal sena oħra Agones SFC ser ikun qed jorganizza Programm għas-Sajf għat -tfal bejn is-7 u l-14 -il sena.
Dan il-programm jikkonsisti fuq għawn, ġiri, ċikliżmu u triathlon.
Il-programm ser jibda nhar l-Erbgħa 1 ta’ Lulju 2026.
Maqsum fuq 9 ġimgħat bit-18 -il sessjoni.
Sessjonijiet: It-Tnejn fis-6.30pm (Ġiri u Ċikliżmu).
L-Erbgħa fis-6:00pm (Għawm u Ġiri).
Il-Prezz għall-programm kollu huwa ta’ €120. Il-prezz għat-tfal li joqogħdu l-Gudja ser jiġi ssussidjat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja għall-prezza ta’ €110.
Għall-aktar informazzjoni tistgħu tibagħtu fuq [email protected].
L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru ġewwa l-Uffiċini tal-Kunsill mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.30am u n-12:00pm.
Agones SFC
12/06/2026
Bħala parti mill-attivitajiet ta’ Jum il-Gudja 2026, Agones SFC bil-kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Gudja ser itella’ għal sena oħra l-Gudja 5K Run & Walk. Din il-ġirja ser tibda minn Triq San Mark (fejn l-iskola primarja) fis-7:00pm. Kull min hu interessat jista’ japplika fuq www.agones-sfc.eu/events
Il-Kunsill Lokali tal-Gudja jħeġġeġ lil kulħadd biex jipparteċipa f’ din l-attivita’ sportiva.
Agones SFC
29/05/2026
Għeluq tal-Uffiċċju Amministrattiv, nhar is-Sibt 30 ta' Mejju 2026 - Jum il-Votazzjoni
06/05/2026
Ilbieraħ 5 ta’ Mejju, il-Kunsill Lokali tal-Gudja organizza attivita’ fl-okazzjoni ta’ Jum l-Omm ġewwa The Waterfront Hotel. Attivita’ li għal darb'oħra kienet suċċess! Il-Kunsill jirringrazzja mill-qalb lil kull minn attenda.
Awguri lill-Ommijiet kollha!! 💐
30/04/2026
Il-Kunsill Lokali tal-Gudja qiegħed jistieden lir-residenti kollha tal-Gudja li għandhom minn 60 -il sena 'l fuq sabiex japplikaw għall-korsijiet tal-għawn b'xejn li ser isiru kull nhar ta' Ħamis bejn l-10.30am u l-11.30am ġewwa l-Cottonera Sports Complex. Dawn is-sessjonijiet ser jibdew mill-Ħamis 7 ta' Mejju 2026.
30/04/2026
🇲🇹 Għada l-Ġimgħa 1 ta' Mejju 2026, Jum il-Ħaddiem, l-iskart organiku u ħġieġ ser jinġabar normali skont l-iskeda.
🇬🇧 Normal Organic and Glass Waste Collection tomorrow Friday 1st May 2026, Workers' Day.
🇲🇹 Għada l-Ġimgħa 1 ta' Mejju 2026, Jum il-Ħaddiem, l-iskart organiku u ħġieġ ser jinġabar normali skont l-iskeda
🇬🇧 Normal Organic and Glass Waste Collection tomorrow Friday 1st May 2026, Workers' Day.
Kunsill Lokali Hal Ghaxaq Il-Gudja Local Council Kunsill Lokali Birżebbuġa Kunsill Lokali Ħal Qormi Kunsill Lokali Ħal Luqa Kunsill Lokali Marsaskala - Marsaskala Local Council Marsa Local Council Kunsill Lokali Santa Venera Marsaxlokk Local Council Santa Luċija Local Council Kunsill Lokali Żejtun - Żejtun Local Council Il-Hamrun - Kunsill Lokali Hamrun
09/04/2026
Ħarġa għal Jum l-Omm - Nhar it-Tlieta 5 ta' Mejju 2026
26/03/2026
Laqgħa Annwali tal-Lokalita' li ser isir nhar it-Tnejn 13 ta' April 2026 fis-6.30pm fis-Sala taċ-Ċentru Santa Marija fi Triq il-Magħsar.
Jistgħu jattendu biss dawk li isimhom jidher fl-aħħar Reġistru Elettorali għall-Kunsill Lokali tal-Gudja.
23/03/2026
Il-Kunsill Lokali tal-Gudja bl-għajnuna ta' Reġjun Nofsinhar ser jerġa jorganizza ħarġa għaż-Żejtun u M'Xlokk fl-okkazjoni tal-Festa ta' San Girgor - l-Erbgħa 8 ta' April 2026.
Din l-attivita' hija bla ħlas u l-postijiet huma limitati!!
16/03/2026
Wirja ta' Vari tal-Ġimgħa l-Kbira mis-Sur George Grech ġewwa l-Kappella ta' Loretu, l-Gudja.
Din il-wirja qed titella' bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Gudja.
Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar
Click here to claim your Sponsored Listing.
Category
Contact the organisation
Telephone
Website
Address
88, Triq Raymond Caruana
Gudja