Stanley Zammit
Inġinier u Shadow Minister għall-Ippjanar, il-Kostruzzjoni u l-Artijiet
Shadow Minister għall-Ippjanar, Kostruzzjoni u l-Artijiet / Shadow Minister for Planning, Construction and Public Land
Responsabbli mill-ippjanar tal-iżvilupp, il-kostruzzjoni, ir-riforma fis-settur tal- kostruzzjoni, l-artijiet u membru tal-Bord tal-Artijiet f’isem l-Oppożizzjoni.
08/06/2026
L-għodwa u l-ġimgħa t-tajba lil kulħadd!
📷 Mal- kommunita' Qrendija waqt il-Festa Agrarja tal-patata.
Prosit lil Kunsill Lokali, speċjalment lil Kunsillier Karmenu Farrugia u lil parteċipanti kollha tal-organizazzjoni.
07/06/2026
Bonġu u l-Ħadd u l-Festa t-Tajba lil Kulħadd!
Illum, 7 ta’ Ġunju, infakkru l-ġrajjiet tal-1919 u s-snin ta’ wara, żminijiet ta’ taqlib soċjali u ekonomiku, ta’ għaks, tbatija u sagrifiċju li kienu l-bidu ta’ qawmien ġdid.Il-Parlament Malti jiċċelebra l-bidu tiegħu fl-avvenimenti kollha li ġraw f’dawk il-ġranet u f’dawk iċ-ċirkostanzi.
Ir-rispett lejn il-Parlament huwa essenzjali.Kif sostna l-Ispeaker Anġlu Farrugia, il-Parlament għandu jibqa’ l-post fejn id-dibattitu jkun ibbażat fuq il-fatti,ir-responsabbiltà u l-ġid komuni.
Iżda r-rispett lejn il-Parlament ma jinħoloqx b’titlu.Ir-rispett iridu jaqilgħuh il-Membri Parlamentari stess.
Sfortunatament,kemm fil-Parlament kif ukoll matul il-kampanja elettorali li għadha kif għaddiet, rajna wisq eżempji ta’ attakki personali, kliem li jnaqqas il-livell tad-diskors politiku, interventi maħsuba aktar għall-applaws milli għas-soluzzjonijiet, u atteġġjamenti li ma jagħmlux ġieħ lil min jaspira li jkun membru fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.
Il-poplu ma jistenna l-ebda perfezzjoni mingħand il-politiċi. Iżda għandu kull dritt jistenna serjetà, maturità, dixxiplina u rispett reċiproku. Meta l-politika tinbidel f’teatru, il-fiduċja tan-nies tonqos. Meta d-dibattitu jinbidel f’konfront personali,titlef il-politika u jitlef il-pajjiż.
Dan deher b’mod ċar ukoll f’mumenti sensittivi ħafna għall-pajjiż,fosthom waqt id-dibattitu marbut mal-mozzjoni dwar Jean Paul Sofia.Dak kellu jkun mument ta’ għaqda nazzjonali, ta’ riflessjoni u ta’ rispett lejn familja li tilfet lil binha. Minflok, għal ħafna ċittadini, serva bħala tfakkira ta’ kemm kultant il-politika tista’ titbiegħed minn dak li n-nies jistennew mill-Parlament tagħhom.
Jekk irridu nsaħħu l-fiduċja fil-politika, irridu nibdew minna nfusna. Għandna nkunu aħna li nagħtu l-eżempju. Għandna nkunu aħna li nuru li l-politika tista’ ssir b’rispett, b’argumenti serji u b’rieda ġenwina li naqdu lill-pajjiż.
Anke jekk l-integrità, is-serjetà, l-onestà, l-umiltà u l-irġulija mhux bilfors ifissru popolarità u wisq anqas voti, dawn, flimkien mal-kuntatt kontinwu man-nies, għandhom ikunu l-ingredjenti fundamentali tal-politiku, aktar u aktar ta’ dawk li jirrappreżentawna fil-Parlament.
03/06/2026
Grazzi mill-qalb lil dawk kollha li b'xi mod jew ieħor ikkomunikaw u qed jikkomunikaw miegħi b'mesaġġi ġenwini ta' nkoraġġiment wara n-numru sabieħ ħafna tal-ewwel preferenza u issa li ser nikkontesta fl-elezzjoni każwali.
Il-poplu tkellem u d-deċiżjoni tiegħu hija ċara. Nirrispettawha b’umiltà u sens ta’ responsabbiltà.
Ma ngħejja qatt nirringrazzja kull min tani l-fiduċja tiegħu, lil dawk kollha li ħadmu miegħi matul din il-kampanja u lil kull min semma’, iddiskuta u qasam il-ħsibijiet tiegħu miegħi.
L-elezzjoni għaddiet, iżda l-ħidma tkompli. Nemmen aktar minn qatt qabel fil-politika li tiltaqa’, tisma’ u taġixxi.
Se nibqa’ naħdem b’enerġija, onestà u kompetenza għall-ġid tal-pajjiż u tal-komunitajiet tagħna.
Dan kien il-messaġġ primarju tiegħi fl-artiklu f’Il-Mument tal-Ħadd li għadda.
01/06/2026
Wara ġurnata twila u mimlija tlugħ u nżul, inħossni imċekken għall-appoġġ u l-fiduċja kbira li rċevejt permezz ta’ 2⃣4⃣0⃣7⃣ vot bl-ewwel preferenza.
Bil-ħidma matul l-aħħar 4 snin il-Partit Nazzjonalista żied siġġu fil-5 distrett.
Irrid minn qalbi nawgura lil Perit Toni Bezzina u lil Dr. Conrad Borg Manché li ġew eletti.
Grazzi lil sħabi l-kandidati li kkontestaw u kelli l-pjaċir naħdem magħhom f'armonija kbira matul din il-kampanja.
Apprezzajt immens lil dawk kollha li b'xi mod jew ieħor kienu miegħi fir-roller coaster ta' emozzjonijiet u teknikalitajiet fil-counting hall.
Skond l-istatut tal- Partit Nazzjonalista ser jiġi vakat siġġu fil-5 Distrett.
Konsegwentament, ser inkun qed nikkontesta fl-elezzjoni każwali sabiex inkun nista' nkompli ħidmieti u nirrapreżentakom fil-Parlament.
Geazzi mill-qalb.
31/05/2026
Bonġu u l-Ħadd it-Tajjeb lil Kulħadd!
GRAZZI. 🙏
Grazzi lil familja.
Grazzi lil kull min ta ftit mill-ħin tiegħu biex jisma’, jiddiskuti u jaħseb fuq il-futur ta’ pajjiżna.
Grazzi lil kull min ipparteċipa fil-proċess demokratiku tal-elezzjoni u lil kull min ħadem sabiex dan il-proċess ikun wieħed serju u ġust.
Grazzi b’mod speċjali lill-voluntiera u lit-tim tiegħi. Mingħajrkom din l-esperjenza sabiħa li kelli ma kinitx tkun possibbli.
Issa l-poplu għamel l-għażla tiegħu u din għandha tiġi rispettata.
Minkejja d-differenzi tagħna, aħna nazzjon wieħed. Aħna lkoll aħwa Maltin. 🇲🇹🙏
30/05/2026
Infakkrek li llum hu jum il-votazzjoni. Jekk għadek ma vvutajtx mur ivvota. Dan hu d-dritt tiegħek. Bil-vot tiegħek tiddetermina l-futur ta’ Malta.
Click here to claim your Sponsored Listing.
Category
Contact the public figure
Telephone
Address
17, Wenzina, Constitution Street
Birzebbuga
BBG2171